Fil-London Crystal Palace Competition, Tenishia Thornton kisbet l-ewwel post b’total ta’ 187 kg, segwita minn Kim Camilleri Lagana li għad għandha 15-il sena b’134kg fejn iż-żewġ weightlifters urew ħila kbira kontra bosta aversarji.
Rylee Borg ta’ 17-il sena kiseb ukoll l-ewwel post, kif ukoll stabbilixxa bosta rekords nazzjonali Maltin fl-open tal-irġiel, b’refa’ totali ta’ 250kg fil-kategorija 89kg.
Aaliyah Gatt li għad ghandha 15-il sena kellha wirja mill-aqwa meta spiċċat fit-tieni post b’total ta’ 136kg, fejn ir- refgħat tagħha kienu kollha rekords personali.
Wara din il-kompetizzjoni internazzjonali l-aħħar kompetizzjoni għall-2023 se jkunu l-Kampjonati Nazzjonali.
//= $special ?>