Ħamest itfal tilfu ħajjithom ftit jiem qabel il-Milied wara li d-dar li kienu fiha, f’Bullhead City, Arizona ħadet in-nar b’riżultat li ma setgħux joħorġu għas-sigurtà tagħhom. Qed jingħadd li l-missier ta’ erbat itfal li kienu fuq ġewwa kien qed jixtri r-rigali tal-Milied fil-ħin tal-inċident.
L-erbat itfal kellhom l-età ta’ 2, 4, 5 u 13-il sena filwaqt li l-ħames persuna kienet qariba tagħhom u kellha 11-il sena.
In-nar fid-dar li kellha żewġ sulari beda s-Sibt filgħaxija, bl-awatoritajiet għadhom qed jinvestigaw x’ikkawża dan in-nar.
Il-missier jidher li warrab u ħalla lit-tfal weħidhom għal madwar sagħtejn u nofs sakemm mar jixtri xi bżonnijiet neċessarji u anke xi rigali tal-Milied.
Il-ġirien provaw isalvaw lit-tfal permezz ta’ pajpijiet tal-ilma u slielem iżda sfortunatament dan kien kollu għalxejn hekk kif in-nar beda minn ħdejn l-entratura tad-dar u nxtered u wasal sal-kamra tas-sodda li kienet fit-tieni sular u fejn it-tfal kollha kienu.
//= $special ?>