Sport Sport Ieħor

Blackball: Magħrufa s-semi finalisti tan-National Christmas Trophy

Birkirkara Duke’s, Cospicua Rangers, Tim A Ħamrun 147 u Jojo’s Birżebbuġa għaddew għas-semifinali tan-National Christmas Trophy tal-Malta Blackball Federation.

Birkirkara għelbu lil Tim A San Ġwann Nick’s 21-19 filwaqt li Cospicua Rangers għelbu lil Valletta Breakwater 21-15.

F’konfront bejn żewġ timijiet mill-istess klabb, Tim A Ħamrun 147 għelbu lil Tim B Ħamrun 147 21-11 filwaqt li Jojo’s Birżebbuġa għelbu 21-8 lil Birkirkara Youngsters.

Fis-semifinali fuq żewġ legs Birkirkara Duke’s jilagħbu kontra Cospicua Rangers filwaqt li Tim A Ħamrun 147 jilagħbu kontra Jojo’s Birżebbuġa.

Il-finali tal-Christmas Trophy tal-Malta Blackball Federation għandha tintlgħab nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Diċembru.

Fir-Regional Christmas Trophy, Valletta Fossa Boys huma l-ewwel finalisti wara li għelbu lil Tim A Selmun Bar 21-14. Huma jistennew li tintlagħab it-tieni leg tas-semifinali l-oħra bejn Tim C Ħamrun 147 u Tim D Ħamrun 147 b’tal-ewwel b’ vantaġġ ta’ 13-7.

Fil-Community Christmas Trophy, Tim B Selmun Bar se jilgħabu kontra Marsa FC filwaqt li Tim C Birkirkara Duke’s għandhom derby interessanti kontra Tim A Juve Birkirkara. Il-finali se tintlagħab nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru.