Bologna ħasdu lill-avversarji tagħhom meta għaddew għall-kwarti finali tal-Coppa Italia b’rebħa ta’ 2-1 bil-gowls kollha jaslu fil-ħin barrani.
Wara 90 minuta bla gowls, b’ Lautaro Martinez jara l-penalty tiegħu salvat minn Ravaglia fil-65 minuta, Bologna rnexxielhom idawwru telfa f’rebħa.
L-ewwel gowl tal-partita wasal propju żewġ minuti wara l-bidu tal-ħin barrani, meta kienet daqqa ta’ ras ta’ Carlos Augusto li għelbet li Ravaglia mill-korner ta’ Di Marco.
Bologna skorjaw il-gowl tad-draw fil-112 minuta, meta Sam Beukema sab ix-xibka mill-viċin mis-suġġeriment ta’ Zirkzee.
Il-gowl tar-rebħa wasal 4 minuti wara permezz Dan Ndoye, bil-gowl jasal minn azzjoni oħra maħduma tajba mill-istilla Zirkzee, bl-attakkant Żvizzeru jixħet ġewwa.
L-aħħar 16:
It-Tlieta
Napoli 0-4 Frosinone
Ilbieraħ
Inter 1-2 Bologna
//= $special ?>