Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-ftuħ tal-kampanja Milied Flimkien, li saret l-Erbgħa filgħaxija quddiem il-bini tal-Parlament ta’ Malta.
Bernard Grech qal li huwa importanti illi nkunu solidali lejn xulxin bħala komunità, ġirien, soċjetà u poplu hekk kif tenna li għandna ngħarfu l-ħtieġa li nkunu solidali ma dawk li jesperjenzaw is-solitudni, u dawk illi l-iżjed huma vulnerabbli fis-soċjetà Maltija. Dan filwaqt illi ngħarfu li rridu nagħmlu dejjem iżjed, sabiex l-ulied ma jkunux mċaħħdin mill-ġenituri tagħhom.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, fid-diskors tiegħu fakkar fin-nies illi qed jesperjenzaw il-vjolenza fil-familja, jew fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li appella lill-awtoritajiet sabiex jgħinu lil dawk l-individwi illi jfittxu l-għajnuna, bil-modi kollha illi jistgħu.
Huwa fakkar ukoll fil-popli illi qed ibgħatu fil-Gwerer, speċjalment l-poplu Ukren, Palestinjan u Iżraeljan, li qed jesperjenzaw gwerra illi qed tħalli ħafna familji mfarrkin.
Preżenti għal din l-attività kien ukoll il-President ta’ Malta George Vella, li fl-aħħar diskors tiegħu f’din l-attività bħala President qal illi s-sentimenti ta’ xewaqt u rieda tajba għandhom ikunu espressi matul is-sena kollha, u mhux biss f’dawn iż-żmijijiet bil-fomm.
Huwa appella illi l-pajjiż għandu jżomm il-paċi, minkejja d-differenzi ta’ bejnienta, u huwa għalhekk illi għandna nidjalogaw. Dan filwaqt illi tenna sabiex ma nkunux għajnejna magħluqin u ngħidu illi kulħadd kuntent, u li kulħadd komdu, u li għandna ngħarfu illi fis-soċjetà Maltija għandna saffi illi waqgħu lura għal xi raġuni jew oħra. Il-President qal illi huwa għalhekk li għandna naraw li kull persuna fis-soċjetà Maltija qed tirċievi l-għajnuna meħtieġa.
Fid-diskors tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna stqarr li f’dan l-istaġun, għandna nirriflettu fuq is-sena li ġejja, sena li għandna nibnuha fuq il-ħames valuri li jsemmi Dun Karm fl-innu Malti, fuq id-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem.
Preżenti għal din l-attività kien ukoll l-Ispeaker tal-Parlament ta’ Malta, Anġlu Farrugia, li fid-diskors tiegħu fakkar illi minkejja li f’pajjiżna l-familji qed jiftħu r-rigali, barra minn xtutna, speċjalment f’Gaza, it-tfal u l-familji lanqas għandhom ix-xorti li jkollhom ir-rigal tal-ħajja. Dan filwaqt illi appella lill-awtoritajiet Maltin sabiex jiddjalogaw bejniethom, dan sabiex fid-dinja tinżamm il-paċi.
Prenżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela illi tenna li ċ-ċelebrazzjoni tal-ferħ tibda fil-familja. Dan filwaqt illi fakkar illi n-newtralità ta’ pajjiżna hija waħda attiva u huwa għalhekk illi bħala pajjiż għandna nappellaw għall-paċi, permezz ta’ twaqqif totali mill-ġlied.
//= $special ?>