Aktar kmieni llum it-Taqsima Ospitalità u Ikel fi ħdan il-General Workers’ Union irreġistrat tilwima industrijali f’Teatru Manoel mad-Dipartiment DIER minħabba l-intransiġenza tat-tmexxija tal-istess teatru.
It-Taqsima waslet għal dan il-pass wara diversi tentattivi li għamlet biex iż-żewġ partijiet jiltaqgħu biex jibdew in-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid. It-Taqsima wriet l-interess biex ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-pagi tal-membri tagħha. Għalkemm għamlet diversi tentattivi biex tpoġġi fuq il-mejda biex jinbdew id-diskussjonijiet il-maniġment baqa’ jirrifjuta.
Fin-nuqqas ta’ interess mill-maniġment sabiex jinbdew it-taħdidiet, il-GWU qalet li ma kellix triq oħra ħlief li tirreġistra tali tilwima bil-ħsieb li tmur għall-azzjonijiet industrijali.
Il-GWU tiskuża ruħha mal-pubbliku għal kull inkonvenjent li jista’ jinħoloq minħabba direttivi li jistgħu jingħataw f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.
//= $special ?>