Internazzjonali

Il-Medda ta’ Gaza: Aktar minn 20,000 maqtula mill-Iżraeljani mill-bidu tal-gwerra

L-Uffiċċju tal-Istampa tal-Gvern tal-Ħamas fil-Medda ta’ Gaza qal li nqatlu ‘il fuq minn 20,000 fit-territorju mindu l-Iżraeljani bdew l-offensiva fuq it-terroristi Palestinjani li massakraw il-mijiet ta’ ċivili waqt ir-rejds storiċi tas-7 ta’ Ottubru f’Iżrael.

Sadanittant, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qalu li kulmin jaħseb li Iżrael se jieqaf mill-offensiva fuq il-Ħamas mhux konxju mir-realtà tas-sitwazzjoni.

L-iżviluppi saru magħrufa meta l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti qed jibda jiddiskuti l-appelli għal ‘pawża urġenti fil-ġlied (ta’ Gaza) għal raġunijiet umanitarji.’