Ninsabu ftit jiem biss il-bogħod mill-Milied, u l-attivitajiet u l-festini ta’ matul dan iż-żmien irrankaw sew. Dan hekk kif issa fadal biss ħamest ijiem għall-festa tal-Milied – żmien illi fih, il-festini u ċ-ċelebrazzjonijiet joffru varjeta ta’ ikel tradizzjonali tal-Milied kif ukoll xorb; u għalhekk bosta huma dawk li meta jiltaqgħu ma xi qraba jew ħbieb jieħdu drink flimkien biex jiċċelebraw dawn iż-żminijiet ta’ festi.
Kien għalhekk illi l-Pulizija għat-tielet sena konsekutiva għazlu li jinżlu fit-toroq biex iwwaqfu numru ta’ karozzi u jtuhom fuljett informattiv biex ifakkru lis-sewwieqa ħalli f’dawn iż-żminijiet jekk ikunu ser jixorbu ma jsuqux .
Din l-inizjattiva saret ftit jiem biss wara li ġiet imndeija l-kampanja ‘Don’t Drink and Drive’ illi tiffoka fuq il-periklu tas-sewqan meta individwu jkun taħt l-influwenza tal-alkoħol. Din il-kampanja hija mibnija primarjamnet biex tinħoloq kuxjenza fost is-sewwieqa kollha biex jiġu evitati inċidenti fit-toroq tagħna.
Il-kampanji dwar is-Sigurtà fit-Toroq u kampanji kontra x-xorb u s-sewqan isiru matul is-sena kollha, pero f’dan l-istaġun tal-festi, jeħtieġ ħidma aktar effettiva, kif spjegalna is-Surġent Micheal Zahra.
Flimkien mal-fuljetti, il-Pulizija qed jappellaw biex is-sewwieq ma jsuqux bi speed għoli u biex ma jħallux affarijiet fil-karozza – hekk kif dawn jistgħu faċilment jinsterqu.
L-appell jibqa’ sabiex f’dawn iż-żminijiet kulħadd jiċċelebra il-festi tal-Milied flimkien b’mod sigur – u jekk tkun se tixrob u trid ticcaqlaq minn post għall-ieħor, uża id-diversi servizzi li huma aċċessibbli u ftakar li jekk se tixrob u issuq tkun qed tpoġġi kemm lilek kif ukoll lil dawk ta’ madwarek fil-periklu.
Wieħed irid iżomm f’moħħu illi l-inċidenti tat-traffiku sfortunatament isiru aktar possibbli meta l-persuna li tkun qed issuq taħt l-influwenza tal-alkoħol għaliex dan jaffetwa l-livell ta’ konċentrazjoni waqt is-sewqan.
//= $special ?>