Il-Qorti Suprema ta’ Kolorado waqfet lil Donald Trump milli jikkontesta għal President fl-elezzjoni li se tkun qed issir is-sena d-dieħla. Dan minħabba li sabitu ħati li mexxa ‘l quddiem att ta’ ribelljoni.
Il-każ inqata’ fil-Qorti b’erba’ voti kontra tlieta fejn jgħid li Trump ma jistax ikun kandidat. Il-każ li investigaw kien dwar ir-rewwixta li kienet qamet tliet snin ilu fil-bini tal-Capitol.
Il-kampanja ta’ Trump sejħet id-deċiżjoni bħala waħda li tmur kontra d-demokrazija b’riżultat li Donald Trump qed jappella għal din id-deċiżjoni.
Din hi l-ewwel darba li l-Qorti mhix se tkun qed tippermetti milli persuna tikkontesta għall-presidenza Amerikana.
//= $special ?>