Lokali

Imfakkar it-73 anniversarju mill-mewt ta’ Nerik Mizzi

Il-pittura ġiet mogħtija mingħand Ivan Bartolo

Fl-okkazzjoni tat-73 anniversarju mill-mewt tal-ex Prim Ministru u ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi, il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi fakkret lil dan l-istatista Malti li ismu jibqa’ marbut mal-ġrajjiet ta’ pajjiżna fl-ewwel nofs tas-seklu l-ieħor.

ritratt: Martin Agius

Nerik Mizzi huwa iben Fortunato Mizzi, il-fundatur tal-Partit Nazzjonalista.

Huwa kien serva bħala Prim Ministru ta’ Malta għal tliet xhur biss – minn Settembru tal-1950 sal-20 ta’ Diċembru tal-istess sena – meta sfortunatament miet ftit qabel il-Milied.

ritratt: Martin Agius

Nerik Mizzi kien miet fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta u għadu sal-lum il-ġurnata l-uniku politiku Malti li miet waqt li kien fil-kariga ta’ Prim Ministru. Warajh, Ġorġ Borg Olivier li kien laħaq Prim Ministru ta’ Malta u Kap tal-PN. Hu kien iddiskrieva lil Nerik Mizzi bħala persuna onesta, sinċiera u ta’ karattru – li kellu avversarji però ma kellux għedewwa.

Fl-okkażjoni tat-tifkira tas-73 sena mill-mewt ta’ Nerik Mizzi, dalgħodu, fil-Belt, tqegħdu kuruni tal-fjuri mal-Monument ta’ Nerik Mizzi fi Pjazza San Gwann quddiem il-Konkatidral. Preżenti kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u l-Membri tal-Bord tal-Amministraturi tal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi.

ritratt: Martin Agius
ritratt: Martin Agius

Imbgħad, aktar tard matul il-jum, fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ġiet preżentata pittura ta’ Nerik Mizzi mogħtija mingħand Ivan Bartolo lil Richard Muscat, il-President tal-Fondazzjoni.

ritratt: Martin Agius

Preżenti kien hemm ukoll il-Kap tal-PN Bernard Grech, Michael Piccinino, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit u l-eks Ministru Louis Galea li huwa il-Vici-President tal-Fondazzjoni kif ukoll mistednin oħrajn.

ritratt: Martin Agius
ritratt: Martin Agius