Colin Schembri
Valletta Fighters…..83
Athleta…………………..105
(15-25)(34-30)(13-24)(21-26)
Athleta ħadu r-raba’ rebħa fil-kampjonat meta għelbu lil Valletta Fighters 105-83 u bis-saħħa tar-riżultati tal-partiti li segwew, telgħu fit-tieni post tal-klassifika flimkien ma’ Hibernians. Valletta kellhom wirja qalbiena speċjalment sal-intervall meta bdew jippressaw però ma setgħux iżommu l-istess ritmu tul il-partita kollha. L-Amerikan ta’ Valletta Keith Charleson kellhu wirja mill-aqwa bi 42 punt u 14 -il rebound fil-waqt li Dejuan Moorer tal-Athleta kellhu persentaġġ ta’ 100% meta għamel disgħa minn disgħa tentattivi. Il-partita kellha bidu bilanċjat fejn Athleta ħadu vantaġġ ta’ punt fosthom bi trippla ta’ Malik Riddle. Athleta komplew bi break ta’ 10-0 bi three pointers ta’ Luca Stefanovic u Matthew Gouder u minkejja r-risposta minn Neil Cassar għal Valletta, Athleta temmew il-perjodu 25-15 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Athleta kabbru l-vantaġġ għal 13 -il punt 31-18. Hawn Valletta bdew jisirqu xi blalen bill-press tagħhom u Charleston beda jikseb diversi punti flimkien ma’ Desean Mattox u Andy Attard bi trippla. Is-sessjoni kompliet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin biex Athleta daħlu jistrieħu 55-49 minn fuq.
Fit-tielet perjodu, żewġ baskets ta’ Cassar raw lil Valletta jaslu sa’ erbgħa punti ‘l bogħod però hawn Athleta kellhom run ta’ 20-5 b’diversi punti ta’ Riddle u Moorer flimkien ma’ trippla ta’ Luca Stefanovic. Valletta waqqfuhom bi trippla ta’ Mattox però Athleta temmew it-taqsima 79-62 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni kien hemm break ta’ 9-2 minn Valletta li wassalhom sa’ 14 -il pun taħt l-avversarji 75-89. Athleta komplew bi trippla ta’ Riddle li għaqqdilhom il-mitt punt b’basket u free-throw u għalqu l-partita bi trippla ta’ Piotr Stelmach biex ħarġu rebbieħa 105-83.
Valletta Fighters: K. Charleston 42, S. Saakian 2, D. Mattox 20, A. Attard 3, M. Farrugia, F. Lisondra 1, U. Satayanorayon 5, N. Cassar 10, D. Militello.
Athleta: M. Riddle 31, F. Mifsud Bonnici 5, N. Buhagiar 4, L. Stefanovic 10, D. Moorer 21, M. Gouder 7, R. Abela 6, P. Stelmach 15, T. Chatzimoysis 2, J. Cefai 4.
Referees: Gordon Barbara, Fiorentina Ciurariu, Fanni Fabok.
Starlites JSD……..85
Hibernians……….99
(24-23)(25-29)(17-23)(19-24)
Hibernians kisbu rebħa importanti kontra Starlites 99-85 biex issa qabżuhom fil-klassifika u pattew għat-telfa li sofrew fis-semi-finali tas-Shield. Hibs kienu mingħajr l-Amerikan Calvin Whipple li weġġa’ fl-aħħar partita u kien nieqes ukoll Paul Attard. L-Amerikan Mason Hix kellhu wirja mill-aqwa bi triple double fejn għamel 31 punt flimkien ma’ 16 -il rebound u 10 assists però kien hemm ukoll il-kontribut mill-aqwa ta’ Nikola Vasovic u Ivan Demcesen li bejniethom kellhom 58 punt.Għal Starlites kellhom partita kwieta Christian Hincson u Matt Attard għalkemm spiċċaw il-partita bi 13 -il three pointer. Fil-bidu tal-partita ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin u Starlites fetħu vantaġġ ta’ 5 punti 14-9 wara trippli minn Attard u Ian Felice Pace. Hibs wieġbu permezz ta’ Demcesen u Hix u marru minn fuq 19-16 u l-punti komplew ġejjin fuq iż-żewġ naħat biex Starlites temmew is-sessjoni 24-23 minn fuq. Hibs fetħu aħjar fit-tieni perjodu meta għamlu break ta’ 13-2 bi trippli minn Hix u Billy Zammit biex ħadu vantaġġ ta’ 10 punti 36-26. Starlites irrispondew b’punti konsekuttivi minn Davone Craven li kellhu trippla flimkien m’oħra ta’ Kurt James biex naqqsu d-distakk għal 4 punti. Hibs wieġbu bi 8 punti mingħajr risposta, kollha minn Hix però Starlites għamlu l-istess ħaġa bi trippla oħra ta’ James flimkien mal-punti ta’ Craven biex fl-intervall Hibs kienu 3 minn fuq 52-49.
Fil-bidu tat-tielet taqsima, ż-żewġ timijiet kellhom trippla kull wieħed minn I. Felice Pace u Vasovic u aktar punti ta’ Craven naqqsu d-distakk għal punt 58-59. Hawn Hibs għamlu run oħra ta’ 13-2 biex reġgħu fetħu vantaġġ b’figuri doppji 72-59. Starlites irrispondew bil-punti ta’ James u trippla ta’ Miguel Fabri biex it-taqsima għalqet bil-Pawlisti minn fuq 75-66. Hibs bdew l-aħħar sessjoni bi break ieħor ta’ 10-3 biex kabbru l-vantaġġ għal 16 -il punt 85-69. Starlites kellhom it-trippli minn Alec Felice Pace, Fabri u Ian Felice Pace però dawn ma kienux biżżejjed hekk kif Hix kompla jikseb il-punti għal Hibs li ħarġu rebbieħa 99-85.
Starlites JSD: A. Felice Pace 14, C. Hinkson 2, M. Attard 5, S. Aquilina, I. Felice Pace 14, M. Fabri 9, K. Fabri, D. Craven 22, L. Farrugia 2, N. Sultana, K. James 17.
Hibernians: B. Zammit 3, L. Attard, N. Vasovic 26, A. Axiaq 3, R. Aquilina, M. Attard 2, M. Hix 31, I. Demcesen 32, S. Simic.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nestor Rincon.
Sigma Depiro………87
Luxol……………………90
(22-26)(20-30)(25-25)(20-9)
Luxol kisbu t-tieni rebħa fil-kampjonat kontra Depiro 90-87 biex laħquhom fil-klassifika b’żewġ rebħiet kull wieħed. Għal Depiro kienet telfa oħra bi ftit punti hekk kif rebħu l-aħħar taqsima 20-9 u kienu viċin li jwettqu rimonta oħra. Għat-tieni partita konsekuttiva, Nathan Xuereb reġa’ kien protagonist f’din ir-rebħa ta’ Luxol b’31 punt b’sitt three pointers flimkien mal-24 punt tal-Amerikan Tariq Woody. Partita posittiva wkoll għaż-żagħżugħ Isaac Azzopardi li ġie fdat għal kważi 37 minuta mill-coach Duncan Fenech. Kienu Depiro li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 6-2 bil-baskets tal-Amerikani Kameron Rooks u Cameron Cornelius. Ir-risposta ta’ Luxol ġiet bl-ewwel trippli ta’ Xuereb u Woody biex marru 15-11 minn fuq. Depiro kellhom trippla ta’ Miguel Brincat qabel ma Luxol għamlu run ta’ 8-0 bi trippla oħra ta’ Woody biex temmew l-ewwel sessjoni 26-22 minn fuq. It-tieni taqsima kienet karateriżżata minn botta u risposta kontinwi hekk kif għal ħin twil kien hemm baskets fuq kull naħa u l-ebda team ma rnexxielhu jagħmel xi run sostanzjali ħlief waħda ta’ 9-2 minn Luxol kollha minn Xuereb u Azzopardi. Depiro kellhom risposta minn Rooks però Luxol għalqu s-sessjoni b’żewġ trippli oħra ta’ Xuereb għal skor ta’ 56-42.
Wara l-intervall, Depiro fetħu bi trippla ta’ Sean Galea u komplew inaqqru l-iżvantaġġ wara punti minn Rooks u Cornelius. Xuereb u Azzopardi wieġbu għal Luxol qabel ma Depiro għamlu break ta’ 9-2 kollhu minn Rooks u Cornelius però għal darb’oħra Luxol għalqu s-sessjoni b’żewġ trippli minn Azzopardi u Woody għal skor ta’ 81-67. Depiro fetħu l-aħħar taqsima bi break ta’ 10-0 bi trippla ta’ Brincat. F’din is-sessjoni, Luxol kellhom biss 3 three pointers, 2 ta’ Xuereb u oħra minn Jean Paul Schembri biex Depiro bdew javviċinaw lejhom speċjalment bil-punti ta’ Cornelius li fis-seba’ minuta waslu sa’ basket ‘l bogħod 82-84. Il-partita għalqet bi trippla ta’ Nikola Bozovic hekk kif Depiro ma rnexxielhomx jagħmlu aktar punti fl-aħħar minuta biex Luxol ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 90-87.
SIGMA Depiro: S. Galea 7, L. Trapani, N. Bozovic 3, A. Aquilina 2, N. Grech, K. Rooks 34, M. Brincat 11, C. Cornelius 24, N. Bukva 6, G. Spiteri, M. Debattista.
Luxol: S. Pace, I. Azzopardi 14, N. Jovanovic, A. Azzopardi, JP Schembri 6, N. Xuereb 31, G. Hulsen 15, T. Woody 24, M. Matijevic, S. Cappello.
Referees: Artun Bayraktar, Zvezdan Dobrosaviljevic, Julie Londono.
//= $special ?>