Internazzjonali

L-Italja: Għomorhom il-ħabs talli qatlu lil binthom ‘għall-unur tal-familja’

Raġel u mara mill-Pakistan weħlu l-ħabs għal għomorhom dwar l-omiċidju ta’ binthom ta’ 18-il sena. Il-koppja kienu deċidew li joqtluha wara li hi rifjutat li tingħaqad fi żwieġ miftihem skont it-tradizzjoni li teżisti bejn il-familji Pakistani.

Fil-fatt, l-omm u l-missier iddeċidew li l-mewt ta’ binthom kienet ‘l-uniku mod’ kif huma setgħu jpattu għall-aġir tagħha li, fil-fehma tagħhom, kienet waqqgħet l-unur ta’ familtha.

Il-katavru ta’ Saman Abbas kien instab f’razzetta fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, f’Novembru tal-2022 – proprju sena u nofs wara l-għajbien tagħha,

Intant, missierha, Shabbar Abbas, spiċċa arrestat fil-Pakistan u estradit lejn l-Italja biex jgħaddi ħuri dwar l-omiċidju ta’ bintu. L-omm tat-tifla,  Nazia Shaheen, spiċċat ikkundannata l-ħabs fl-assenza tagħha u meta jaħsbu li hi qed tistaħba xi mkien fil-Pakistan.

Il-verdett kien deċiż minn qorti fil-belt ta’ Reggio Emilia.