L-Uffiċċju Meteoroloġiku tal-Iżlanda qal li s-sitwazzjoni tal-vulkan fil-limiti ta’ Grindavik għadha imprevedibbli u minkejja li l-iżbroffi tal-lava naqsu mill-intensità wara li kienu ilhom għaddejjin mill-bidu tal-ġimgħa.
L-esperti qalu, fil-fatt, li minn ħin għall-ieħor, jistgħu jinfetħu aktar xquq fil-vulkan u li minnhom kapaċi tiżbroffa taħlita oħra ta’ fluwidu u blat, magħrufa bħala magma, flimkien mal-gassijiet vulkaniċi.
Il-vulkan jinsab fil-penisola ta’ Reykjanes u f’liema zona, fl-aħħar ġimgħat, seħħew diversi terremoti u theżżiż tal-art. Fil-fatt, ix-xahar li għadda, madwar 4,000 resident kienu evakwati minn Grindavik — li hi belt tas-sajd magħrufa – minħabba l-possibbiltà li l-inħawi jispiċċaw mgħarrqin taħt il-gliegel tal-lava mill-vulkan.
Għalissa ma hemm l-ebda rapporti ta’ vittmi, iżda numru ta’ djar huma indikati f’periklu kbir minħabba s-sitwazzjoni li qed tqanqal inċertezza kbira.
//= $special ?>