Sajjied Awstraljan qed jgħid li possibilment sab parti mill-ajruplan Malaysia Airlines MH370 li kien tilef kull kuntatt u għeb fit-8 ta’ Marzu 2014.
L-ajruplan Boeing 777 kien qed jivjaġġa minn Malaysia lejn iċ-Ċina u fuqu kien hemm abbord 227 passiġġier u 12-il membru tal-ekwipaġġ.
Tul is-snin kienu nstabu biċċiet mill-ajruplan iżda tfittxijiet fiz-zona ma sabux b’konferma l-post fejn waqa’ dan l-ajruplan.
Iżda, is-sajjied Kit Olver ta’ 77 sena jaf skopra l-post eżatt fejn l-awtoritajiet għandhom ifittxu eżatt. Din l-iskoperta saret ftit xhur wara l-għejbin, f’Settembru jew Ottubru tal-2014 daqs 55 kilometru ‘l bogħod mill-kosta tan-Nofsinhar tal-Awstralja, fin-Nofsinhar tal-Oċean.
L-iskoperta ta’ dan is-sajjied kienet parti mill-ġwienah tal-ajruplan li ttellgħet b’xibka tas-sajd.
Minkejja dan kollu, il-post eżatt fejn possibilment waqa’ l-ajruplan għadu ma nstabx.
//= $special ?>