Wara li ftit tal-jiem ilu tħabbar l-għeluq temporanju tal-Eden Super Bowl, hekk kif inhu skedat li jsir xi xogħol ta’ tħaffir taħt l-art, il-President flimkien mal-membri tal-MBA ikkumentaw fuq id-diżappunt tagħhom fuq is-sitwazzjoni f’i stqarrija ppublikata fuq il-mezzi soċjali.
L-istqarrija tgħid ‘L-azzjonijiet tal-Gvern matul is-snin ġabitna f’dan il-punt fejn il-bowlers żagħżagħ, adulti u l-anzjani mhux se jkunu jistgħu jitħarrġu kif xieraq jew jilagħbu l-isport li huwa tant għal qalbhom għal perjodu ta’ kważi 6 xhur.’
Din l-aħbar waslet għand l-MBA ftit tal-jiem ilu, fejn huwa mistenni li l-Eden Super Bowl, li huwa l-post fejn jitħarrġu bosta mill-bowlers lokali, mhux se jkun jista’ jintuża għall-bosta xhur hekk kif se jingħalaq fit-8 ta’ Jannar li ġej minħabba xi xogħol ta’ tħaffir li se jsir taħt il-bini.
Fl-istqarrija, il-President Edward Mifsud kompla jżid ‘ Waqt li s-sigurtà hija bla dubju l-prijorità, din l-aħbar ħasdet lil ħafna mill-komunità tal-bowling kif ukoll tal-pubbliku.’
‘Ħafna jinsabu diżappuntati b’kemm tawwal il-proċess il-Gvern, u kif mhuwiex lest li joffri l-ebda tip ta’ alternattiva.’ kompliet tgħid l-istqarrija.
Il-MBA qalet ukoll kemm tinsab inkwetata rigward is-sitwazzjoni kurrenti tal-kampjonat lokali, kif ukoll tan-nuqqas ta’ taħriġ li jistgħu jagħmlu l-atletli li se jirrapreżentaw lil Malta fix-xhur li ġejjien, ‘ Il-komunità lokali tal-bowling tinsab irrabjata minħabba t-twaqqif tal-kampjonati lokali, li jista’ jaffettwa l-forma tal-atleti, kif ukoll l-effett li se jħalli fuq l-istudenti tal-iskola Nazzjonali tal-isport.’
‘Sussegwentament, l-elite bowlers tagħna li riċentament ikkompetew fil-European Champions, World European u Mediterranean championships mhux se jkunu jistgħu jipprattikaw.’
L-MBA ikkonkludiet billi tgħid li għamlet bosta proposti kemm fil-passat kif ukoll riċentament, fejn talbet għall-faċilitajiet ta’ taħriġ xierqa. L-MBA ukoll saqsiet għall-għajnuna tal-komunità u biex ikomplu jmexxu l-messaġġ.
//= $special ?>