Matul il-ġurnata, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara fil-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net News, fejn fost l-oħrajn irringrazzja lill-impjegati u l-ġurnalisti kollha li jaħdmu fin-newsroom.
Bernard Grech saħaq li huwa importanti li f’pajjiżna nelevaw il-ġurnaliżmu u l-ġurnalist… u Insostnuhom għal-livell li jixraqilhom. Dan hekk kif il-ġurnaliżmu għandna tassew inħarsu lejh bħala pilastru ewlieni tad-demokrazija.

Matul din il-laqgħa informali, huwa semma kif fl-aħħar xhur, l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir wera li l-media tal-Partit Nazzjonalista żiedet l-udjenzi tagħha. U dan huwa ta’ inkoraġġiment kbir, speċjalment għall-ħaddiema.
Ma naqasx li f’dan iż-żmien tas-sena, il-Kap tal-PN Bernard Grech awgura l-festi t-tajba lill-ħaddiema kollha kif ukoll lill-familji tagħhom.
Għal din il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-Direttur Komunikazzjoni tal-PN James Aaron Ellul dan filwaqt li kien hemm preżenti fost l-oħrajn iċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media Karl Gouder, il-Head of News ta’ dan l-istazzjon Robert Cremona kif ukoll il-Head of Operations Clayton Tanti Gregoraci.
