F’Selhurst Park draw ta’ 1-1 bejn Crystal Palace u Brighton ħalla lil Brighton fit-tmien post b’27 punt filwaqt li Crystal Palace baqgħu fil-ħmistax-il post bi 18-il punt.
Kienu Crystal Palace li marru fil-vantaġġ lejn tmiem l-ewwel taqsima meta Michael Olise għadda lejn Jordan Ayew b’dan tal-aħħar jitfa’ fix-xibka għal 1-0.
Brighton kisbu d-draw fit-82 minuta meta Pascal Gross żmarka lil Danny Welbeck li xeħet wara Dean Henderson għal 1-1.
//= $special ?>