Il-Pulizija fi Praga qalu li mietu talanqas 11, b’ħafna oħrajn jisfaw midruba, waqt sparatura qrib ta’ università fiċ-ċentru tal-kapitali. L-inċident qed jissemma bħala l-agħar massakru fl-istorja tar-Repubblika Ċeka li ilha mwaqqfa bħala Stat mill-1993.
Il-kumpless inkwistjoni hu ċ-Charles University Faculty of Arts li jinsab fil-Pjazza ta’ Jan Palach, bil-pulizija, bħalissa, qed jiċċirkondaw il-pjazza u l-madwar f’sitwazzjoni ta’ tensjoni kbira
L-awtoritajiet fi Praga qed iwissu liċ-ċittadini biex jibqgħu ‘il bogħod miz-zona tal-isparatura anki jekk i l-persuna responsabbli mill-massakru wkoll spiċċa jitlef ħajtu waqt konfront mal-pulizija.
Il-Prim Ministru Ċek, Petru Fiala, fl-aħħar minuti deċieda biex iħassar l-appuntamenti kollha tiegħu fid-dawl tal-iżviluppi traġiċi.
L-Università ta’ Charles tinsab fil-kwartier antik ta’ Praga u xi 500 metru ‘il bogħod mill-Pont ta’ Charles storiku li kull sena jattira l-eluf kbar tat-turist.
Intant, fi tweet il-President tal-Parlament Ewropew Robert Metsola qalet li tinsab ixxukjata b’dak li seħħ fi Praga filwaqt li tinsab imnikkta tara waħda mill-iktar Universitajiet antiki tispiċċa ċentru ta’ terrur.
//= $special ?>