L-2024 se tkun sena importanti għal Sport Malta, għaxar snin minn meta ħadet post il-Kunsill Malti għall-Isport.
Waqt laqgħa mal-ġurnatisti ingħataw dettalji dwar ewwel attivitajiet għall-2024 u fl-istess waqt ingħata rikonoxximent lil dawk l-iskejjel li ħadu sehem fl-Isports Day għall-iskejjel.
Rose Marie Mercieca, ko-ordinatrici tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport, uriet rikonoxximent lil iskejjel li ħadu iniżjattivi u pparteċipaw waqt il-Ġimgħa Ewropea ta’ Sport, inizjattiva li kibret fil-parteċipazzjoni matul l-2023.
Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv għal Sport Malta għamel riferenza għal mod kif assoċjazzjonijiet, klabbs u individwi kienu matul dawn l-10 snin ibbenefikaw mill-opportunitajiet offruti biex jipprattikaw u jiżviluppaw fl-isport.
Bejn it-12 u t-13 ta’ Jannar se ssir konferenza bit-tema ‘Ċelebrazzjoni tal-isport f’Malta’ bi tlett sessjonijiet li jiġbru fihom għalliema, coaches, assoċjazzjonijiet u klabbs.
Fost il-mistiedna ewlenin Barbara Brennan esperta fis-saħħa mentali fl-Irlanda, l-arkitett Kanadiż James Thoem, Olivier Haudet mill-UEFA flimkien ma’ Greg Woods u Jason Lewis minn World Rugby.
Preżenti wkoll Omar Farrugia Chairman ta’ Sport Malta u Clifton Grima Ministru responsabbli mill-Isport .
//= $special ?>