Raġel weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar fi Triq Suffolk, f’Pembroke.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda CBR misjuq minn Taljan ta’ 31 sena residenti San Ġwann u Peugeot 4007 misjuq minn raġel ta’ 28 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>