Raġel sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Lorenzo Manché, Ħ’Attard.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 41 sena mill-Bangladesh u residenti l-Imsida, weġġa’ wara li l-high-up li kien fuqu nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin
//= $special ?>