Raġel li ammetta li nhar it-Tlieta ta n-nar numru ta’ kontenituri ta’ skart riċiklat fi Greenpak f’Raħal Ġdid ingħata sentenza sospiża u ordnat jagħti lura lill-kumpanija €4,900 kif ukoll r-rifjużjoni b’rabta mat-taxxa tal-VAT fuqhom.
Marco Farrugia, ta’ 49 sena residenti Bormla li jaħdem bħala cleaner fi skola, ġie mixli li volontarjament ta n-nar lil dawn il-kontenituri fis-sigħat bikrin tat-Tlieta bejn it-3 u s-6am. Huwa ġie mixli wkoll b’dannu volontarju għad-detriment tal-kumpanija Greenpak.
L-investigazzjonijiet bdew hekk kif il-pulizija ta’ Raħal Ġdid irċeviet rapport dwar in-nirien. Filmat tal-inċident li tela’ fuq il-midja soċjali qajjem xi furur, spjega l-ispettur tal-prosekuzzjoni Mario Xiberras. Is-suspettat ġie ntraċċat wara li l-pulizija kisbu informazzjoni li r-raġel aktarx kien jaħdem fi skola fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
Xiberras deher sejjer hemm l-Erbgħa filgħodu. Fil-minuta li waslu hu u kollega, lemħu lis-suspettat wieqaf ħdejn il-bieb ta’ barra. Ir-raġel b’xi mod għaraf lil wieħed mill-uffiċjali, daru u daħal ġewwa b’pass mgħaġġel.
Huwa ġie arrestat u inqraw d-drittijiet tiegħu. L-akkużat wieġeb ħati wara li tressaq il-Qorti nhar il-Ħamis u kkonferma dik l-allegazzjoni wara li ngħata żmien biex jerġa’ jikkunsidra. Il-kumpanija kienet infurmat lill-pulizija li s-seba’ i-Bins jiswew €700 kull wieħed, VAT eskluża.
Meta għamel sottomissjonijiet dwar il-piena, l-avukat tal-għajnuna legali Martin Farrugia sostna li l-akkużat għandu kondotta mhux imċappsa, kien ikkopera bis-sħiħ u ddispjaċih għal dak li għamel.
Huwa kien lest li jħallas lura d-danni.
Piena minima kienet xierqa fiċ-ċirkostanzi, qal l-avukat. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana, ikkundannat lill-akkużat għal sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
Ġie ordnat ukoll jagħti lura lil Greenpak il-flus għas-seba’ bins li jiswew €700 kull wieħed u jagħmel dan fi żmien 36 xahar. L-avukat tal-AĠ Joseph Camilleri Azarov flimkien mal-ispetturi Mario Xiberras, Jeffrey Scicluna u Antonello Magri mexxew il-prosekuzzjoni.