Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Albaniż ta’ 32 sena residenti Ħad-Dingli tilef il-kontroll ta’ mutur
Kymco Agility li kien qed isuq u nqaleb.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>