Internazzjonali

Vot ieħor kruċjali għall-waqfien mill-ġlied f’Gaza

Bħalissa għaddejin taħdidiet diplomatiċi f’atmosfera ta’ tensjoni kbira qabel vot ieħor fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-possibbiltà ta’ waqfien mill-ġlied fil-Medda ta’ Gaza. Dan qed iseħħ ftit tal-jiem biss wara li l-Istati Uniti astjenew fil-vot ta’ nhar il-Erbgħa li għadda.

Fil-fatt, l-Amerika qed tisħaq li r-riżoluzzjoni kif ġiet proposta mhix tagħraf id-dritt ta’ Iżrael li jiddefendi lilu nnifsu. Dik ir-riżoluzzjoni kienet qed tappella għal waqfien mill-ġlied, bil-għan li tkun tista’ titwassal għajnuna umanitarja f’ħinijiet kruċjali.

Fil-votazzjoni tal-ġimgħa l-oħra kien hemm kważi l-pajjiżi kollha li appoġjaw ir-riżoluzjoni – fosthom Malta. Ir-Russja u r-Renju Unit astjenew, filwaqt li kien hemm vot kontra mill-Istati Uniti.

Iżrael qed jibqa’ jinisti li mhemmx lok għall-waqfien mill-ġlied qabel ma jinqerdu għal kollox il-Hamas.