Meta lbieraħ konna preżenti fil-Palazz tal-Belt għall-iskambju tal-awguri għal żmien il-festi, innutajna xi ħaġa mhux tas-soltu mas-soqfa tal-Palazz. Dan wara li fl-aħħar xhur tlesta r-restawr ta’ din il-binja imponenti, filwaqt illi żdiedu xi pitturi f’partijiet li kienu vojta.
Fil-fatt, waħda mill-pitturi li ġew miżjuda fil-Palazz tal-President fil-Belt għandha element mill-aktar partikolari – u jekk rajt ir-ritratti u għadek ma ndunajtx, tajjeb li tħares aktar fil-qrib lejn l-immaġini li ġbidna lbieraħ.
Jekk wieħed jinnota sew, l-artist li ħadem fuq din il-pittura ħaseb sabiex idaħħal element kontemporanju li jindika wkoll il-perijodu li fih tpittru dawn l-opri; tant li fuq wiċċ il-figuri femminili, żdiedu l-maskri tal-Covid.
Dan l-element uniku jagħti wkoll timbru lil din il-pittura, u idea ċara li saru fl-eqqel tal-pandemija – użanza li ilha tintuża sa minn żmien ir-Rinaxximent, fejn artist ikun irid idaħħal dak l-element uniku biex juri l-perijodu li fih issawret dik l-opra partikolari.
//= $special ?>