Il-FIFA u l-UEFA aġixxew illegalment fl-imblukkar tal-ħolqien tas-European Super League.
Hekk iddeċidiet l-ogħla qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti qalet li ż-żewġ korpi kienu qed jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom fl-isport. Il-klabbs issa huma ħielsa mit-theddida ta’ sanzjoni u ħielsa li jiddeċiedu l-futur tagħhom, madankollu d-deċiżjoni ma tfissirx li kompetizzjoni bħas-Super League trid tiġi approvata bilfors, fejn skont il-Qorti ma ddeċidietx fuq dak il-proġett speċifiku fis-sentenza tagħha.
Is-Super League kien jiġbor fiħ 12 mill-akbar klabbs Ewropej li kienu sfurzati joħorġu wara reazzjoni minn bosta. A22 Sports Management, il-kumpanija Ewropea għall-iżvilupp sportiv kummerċjali wara l-proġett, sfidat fil-qrati d-dritt tal-FIFA u l-UEFA li jimblukkaw il-bidu tal-European Super League u jimponu sanzjonijiet fuq klabbs li jikkompetu.
Id-ditta argumentat li l-FIFA u l-UEFA għandhom monopolju inġust u dominanza tas-suq fuq it-tmexxija tal- kompetizzjonijiet tal-klabbs. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, fil-Lussemburgu, li effettivament hija l-qorti suprema tal-Unjoni Ewropea, tat sentenza bil-miktub illum u ddeċidiet li r-regoli tal-FIFA u tal-UEFA dwar l-approvazzjoni minn qabel tal-kompetizzjonijiet bejn il-klabbs huma kuntrarji għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-UE.
Id-deċiżjoni tal-Unjoni Ewropea se tiġi riferuta lura lill-qorti kummerċjali ta’ Madrid, li tiġġudika tilwim korporattiv legali, fejn imħallef Spanjol iddeċieda li timijiet m’għandhomx jiġu kkastigati għall-involviment tagħhom fl-European Super League.
//= $special ?>