Internazzjonali

ĊINA: Filmat juri kirurgu jagħti daqqiet ta’ ponn lil pazjenta waqt operazzjoni

L-awtoritajiet Ċiniżi qed jinvestigaw każ fejn allegatament kirurgu ta daqqiet ta’ ponn lil pazjent ali kien għaddej minn operazzjoni.

L-Isptar f’Guigang, tal-grupp Aier China, issospenda lil kirurgu wara li l-filmat ta’ dan il-każ beda jdur fuq il-midja soċjali, f’każ li seħħ fl-2019.

Il-filmat juri lill-kirurgu jagħti daqqa ta’ ponn f’ras il-pazjenta, azjana ta’ 82 sena għal mill-inqas tliet darbiet waqt li kien qed jopera fuq l-għajnejn.

Il-pazjenta kellha biss loppju f’parti waħda ta’ ġisimha, u allura kienet imqajma waqt din l-operazzjoni. Jidher li l-pazjenta ma kinitx qed tifhem l-ordnijiet tal-kirurgu minħabba d-djalett. Bil-pazjenta bdiet iċċaqlaq rasha u għajnejha ripetutament.

Jidher li l-anzjana sofriet minn tbenġiel f’rasha kawża tad-daqqiet li qalgħet.