Kunsilli Lokali Lokali

F’RAĦAL ĠDID: Jerġa’ jibda x-xogħol fi pjazza wara li kienet inawgurata madwar ġimgħa ilu

Residenti ta’ Raħal Ġdid innutaw kif f’daqqa waħda reġa’ beda x-xogħol fi Pjazza Lorry Sant. Dan wara li l-proġett kien inawgurat ftit tal-jiem ilu.

Issa, f’daqqa waħda, tfaċċaw mill-ġdid il-ħaddiema fil-pjazza – li qed ikomplu xi xogħol fuq il-pavimentar.

Mhux magħruf eżatt kemm intefqu eluf għal dan il-proġett fil-qalba ta’ Raħal Ġdid, u lanqas ir-raġuni li wasslet biex issa kellu jibda x-xogħol mill-ġdid.

Intant, sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-funtana li hemm f’nofs din il-pjazza ma bdietx taħdem sew u bdiet ittajjar l-ilma. Dan bil-konsegwenza li xi madum kellu jitneħħa, u sar culvert biex jilqa’ l-ilma.