Żagħżugħ ta’ 27 sena weġġa’ gravi wara inċident li seħħ f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ ibieraħ, għall-ħabta tat-8:15pm meta il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant ‘Antnin.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ residenti San Ġwann għal xi raġuni waqa’ minn fuq mutur Suzuki GSXR125 li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena residenti San Ġiljan.
Il-passiġġier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>