Futbol Sport

IZIBET FA Trophy: Il-holders Birkirkara kontra t-tim miċ-Challenge League Attard FC

(Ritratt: Martin Agius)

Il-Ġimgħa filgħodu fis-Centenary Hall f’Ta’ Qali ittellgħu il-poloż tar-Round ta’ 32 tal-IZIBET FA Trophy bir-rebbieħa tas-sena l-oħra Birkirkara se jkunu qed jaffaċċjaw lit-tim taċ-Challenge League Attard filwaqt li ċ-champions renjanti tal-Kampjonat Ħamrun Spartans se jilagħbu kontra Lija Athletic.

Il-poloz u l-logħob tar-round ta’ wara se jkunu hekk:

Birkirkara vs Attard / Nadur Y. vs Sirens

Gżira U. vs Fgura U. / Hibernians vs Qala S.

Floriana vs Naxxar L. / Żabbar S.P vs Żebbuġ R.

Sliema W. vs Marsaskala / Balzan vs Żurrieq

Marsaxlokk vs Żejtun C. / Luqa SA vs Swieqi U

Ħamrun S. vs Lija A. / Xewkija T. vs Gudja U

Mosta vs Pietà H / Valletta vs Għajnsielem

Santa Lucia vs Marsa / Msida SJ vs Mġarr U

Il-logħob mir-round ta’ 32 se jkunu qed jintlagħabu bejn it-12 u l-15 ta’ Jannar 2024.