Lokali Milied 2023

Kif se tqattgħu l-ġranet tal-Milied?

Ninsabu propju ftit jiem il-bogħod mill-25 ta’ Diċembru..il-jum tant mistenni minn bosta..il-jum tal-Milied. Il-ġurnata fejn il-Knisja Kattolika tiċċelebra it-twelied ta’ Ġesu Bambin…ġurnata li ġġib magħha rabta bejn l-għeżież, għaqda bejn il-familji u apprezzament lejn in-nies importanti ta’ madwarna – inkluż kollegi tax-xogħol, u ħbieb li huma l-aktar qrib tagħna.

Kulħadd għandu l-mod preferut tiegħu kif jiċċelebra din il-ġurnata…imma l-qofol kollu jibqa’ l-importanza tal-familja f’dan il-jum.

Net News staqsa lin-nies kif ser iqattgħu l-ġurnata tal-Milied fejn bosta kienu dawk illi qalulna li ser jiċċelebraw il-ġurnata mal-għeżież tagħhom. U ħafna donnu qed jippreferu ikliet id-dar, milli jmorru fuq barra f’xi stabbiliment.

Il-Milied jagħtina l-opportunita biex niltaqgħu mal-għeżież li nkunu ilna ma naraw..kif ukoll jagħtina iċ-ċans biex nieqfu għall-ftit u nroddu ħajr għall-imħabba, it-tama u l-ferħ li nsibu f’Ġesu.

Milied li din is-sena, skont il-previżjonijiet, se nkunu qed niċċelebrawh f’temp favorevoli – u bla xita.