Kuċċier spiċċa ferut gravi wara inċident li seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4pm f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-Pulizija ġiet infurmata li f’dak il-ħin kien għadu kemm seħħ inċident li fih kien involut żiemel. Il-Pulizija marru minnufih fil-post fejn irriżulta li għal xi raġuni l-kuċċier, li għandu 49 sena u huwa min-Naxxar, waqa’ minn fuq ix-xarretta.
Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>