F’dik li kienet dimostrazzjoni oħra ta’ spirtu komunitarju u ta’ ġenerożità f’dan iż-żmien ta’
festi, l-HSBC Malta Foundation organizzat b’suċċess inizjattiva tal-Milied li mhux biss ġabet
appoġġ essenzjali iżda nislet ferħ għal dawk fil-bżonn.
L-HSBC Malta Foundation ħadet ħsieb li tikkollabora ma’ 34 għaqda mhux governattiva (NGOs) madwar Malta, bl-għan li tiżgura li l-ferħ li jġib miegħu dan l-istaġun tal-festi, jilħaq lil ħafna persuni, partikolarment dawk li huma fost l-aktar vulnerabbli.
Din id-darba, din l-inizjattiva kienet akbar u mifruxa aktar minn qatt qabel u involviet il-ġbir u
d-distribuzzjoni ta’ firxa varjata ta’ oġġetti. Id-donazzjonijiet miġbura kienu jinkludu neċessitajiet bażiċi bħal ikel, prodotti għall-użu tal-kuru personali u talbiet aktar speċifiċi bħal rigali tat-tfal u materjali edukattivi.
Din il-varjetá ta’ donazzjonijiet mhux biss indirizzat il-ħtiġijiet immedjati ta’ dawk il-persuni fil-bżonn, iżda għenet biex tagħti laqta speċjali tal-ferħ tal-Milied, speċjalment għat-tfal, li f’dan iż-żmien tant sabiħ, jixirqilhom jgħixu l-esperjenza maġika li joffri dan l-istaġun.
Matul din l-inizjattiva, il-Fondazzjoni għamlet enfasi mhux biss fuq il-ħtiġijiet fiżiċi tar-riċevituri
iżda wkoll li jgħollu l-moral u l-ispirtu tagħhom matul dan l-istaġun ta’ vaganzi.“Ninsabu inkredibbilment kburin bl-impatt li din l-inizjattiva tal-Milied, organizzata minn HSBC Malta Foundation, kellha din is-sena,” qal Geoffrey Fichte, il-Kap Eżekuttiv ta’ HSBC Malta u ċ-Chairman ta’ HSBC Malta Foundation.
Din l-inizjattiva tal-Milied minn HSBC Malta Foundation hija eżempju ċar ta’ kif tinkiseb is-
solidarjetá permezz tal-komunitá, meta individwi u għaqdiet jingħaqdu biex jagħmlu differenza
fil-pożittiv fi żmien il-festi.
Fost l-NGOs li pparteċipaw f’din l-inizjattiva kien hemm l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni Sovran ta’ Malta, Dar Frate Jacoba, Smiling with Jerome, Dar Bjorn, Suret il-Bnieden, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Foster Care, RISe, is-Sorijiet tal-Ursolini, Dar Hosea, l-MCAST Student Services, Caritas Malta, Life Network Foundation, FSWS – Aġenzija Sedqa, St. Jean Antide Foundation, SOAR, Richmond Foundation, YMCA, is-Soup Kitchen fil-Belt Valletta, il-Malta Trust Foundation, Building Bridges, S.T.A.N.D., Loop Malta, Hospice Malta, Fondazzjoni Sebħ, Fidem, Dar il-Kaptan, Osanna Pia Home, Inspire, Kummissjoni Djakonija
Żurrieq, il-Foodbank Lifeline Foundation u l-Fondazzjoni Dar il-Hena.
Kull NGO minn dawn ikkontribwixxiet b’mod sinifikanti għall-ġid ta’ gruppi differenti fi ħdan il-komunitá.
Minbarra dawn id-donazzjonijiet, l-impjegati ta’ HSBC taw is-sehem dirett tagħhom ukoll biex
jappoġġjaw direttament l-ispirtu komunitarju u jaħsbu f’dawk inqas ixxurtjati. It-tim ta’ HSBC,
fil-fergħa tal-Gżira ħema z-zkuk tal-Milied wara l-ħin tax-xogħol u tahom lill-Kappillan tal-Gżira
biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn fl-inħawi tal-Parroċċa.
Il-membri tat-tim tal-Uffiċċju taċ-Chief Operations ta’ HSBC taw bidu għall-istaġun tal-festi permezz ta’ ‘bake sale’ biex jinġabru fondi b’appoġġ għaċ-Ċentru Malti tal-Awtiżmu u s-Sależjani ta’ Don Bosco. Il-fondi minn dan il-‘bake sale’ se jkunu qed jiġu utilizzati biex jinxtara laptop u żewġ tablets għal dawn iż-żewġ NGOs.
//= $special ?>

