Edukazzjoni Għawdex Lokali

AĠĠORNATA: L-Iskola tan-Nadur bla dawl wara li inawgurawha b’tant pompa

Ritratt juri lill-Prim Ministru fil-jum li fih żar l-iskola tan-Nadur Għawdex

Tfal u għalliema fl-iskola tan-Nadur Għawdex spiċċaw kellhom iwaqqfu għal xi ħin l-attivitajiet tal-Milied minħabba li fl-Iskola Primarja inqata’ d-dawl. Dan seħħ ftit tal-ġimgħat biss wara li tlesta xogħol estensiv ta’ rinnovazzjoni f’din l-istess skola.

Ġenituri li tkellmu magħna qalulna li dan mhux każ iżolat. B’oħrajn jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom għall-fatt li qed ikun hemm dawn il-ħsarat, wara li l-Prim Ministru mar jinawgura dan ix-xogħol fin-Nadur b’tant pompa – u saħansitra kien ħa miegħu lill-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Nies mill-iskola qalulna li l-qtugħ tad-dawl qed iseħħ kważi darbtejn kuljum, jekk mhux aktar. U ma jistgħux jifhmu kif hemm dawn il-ħsarat wara l-eluf kbar li intefqu.

Intant, il-qutgħ tad-dawl li seħħ dalgħodu affetwa l-party tat-tfal. Dan filwaqt li l-għalliema u t-tmexxija tal-iskola ma setgħetx tibda għaddejja bil-party – u ma kienx hemm mezz biex jissaħħan l-ikel.

Net News jinsab infurmat li ħin minnhom issejjaħ technician – iżda xorta, wara ftit, reġa’ mar id-dawl.