Il-midja internazzjonali qed tirraporti li mal-20,000 persuna ġew maqtula f’Gaza mindu bdiet il-gwerra bejn l-Iżrael u l-Hamas.
Il-Prim Ministru Iżraeljani, Benjamin Netanyahu qal li dawk li qed jaħsbu li dan il-ġlied se jkun qed jieqaf mhux qed jgħix ir-realtà, filwaqt li żied jgħid li l-gwerra mhix se tieqaf qabel il-membri kollha tal-Hamas jiġu eliminati. Kien hawnhekk fejn permezz ta’ vidjow irrekordjat qal li l-Hamas għandha żewġ għażliet: jew tagħti ruħha b’idejha jew il-membri kollha jiġu maqtula.
Vot li kellu jittieħed min-Nazzjonijiet Uniti dwar il-possibiltà għal waqfien mill-ġlied bejn iż-żewġ naħat ġiet pospost għat-tieni darba fi ftit jiem hekk kif għadhom għaddejjin in-negozjati.
Fl-aħħar jiem kienet ġiet żvelata s-sejba ta’ mini f’Gaza li qed ikun maħsub li ilhom is-snin jitħaffru mill-Hamas bi tħejjija għall-attakk li seħħ fis-7 t’Ottubru fuq Iżrael, liema attakk ħalla mal-1,200 persuna mejta.
Filmati li ħarġu fl-aħħar sigħat juru sensiela ta’ mini li jwasslu għal postijiet fejn il-membri tal-Hamas jistaħbew, uffiċini u anke appartamenti tal-għola membri tal-Hamas.
//= $special ?>