Numru ta’ studenti sfaw vittmi ta’ serqa li seħħet fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ it-Tlieta waqt tournament tal-futbol li kien qed isir bejn numru ta’ studenti.
Kien għal ħabta tas-2:15 pm meta numru ta’ studenti nnotaw li kien hemm numru ta’ basktijiet, kartieri u mobiles li kienu ġew misruqa.
Skont rapporti li saru għand il-Pulizija, erba’ subien li għandhom bejn is-17 u d-19-il sena sfaw vittmi ta’ dan is-serq.
Uffiċjal tal-Pulizija qal ma’ Net News li bħalissa qed issir investigazzjoni dwar dan filwaqt li qed jaraw il-filmati tas-CCTV.
//= $special ?>