Internazzjonali

Santa Klaws jirċievi madwar nofs miljun f’ittri mit-tfal fl-uffiċċju tiegħu fil-Finlandja

Is-sit uffiċjali ta’ Santa Klaws ħabbar li din is-sena rċieva madwar nofs miljun f’ittri mibgħuta mit-tfal fl-uffiċċju tiegħu li jinsab f’Rovaniemi, il-Finlandja.

Hekk kif ninsabu biss ftit jiem ‘il bogħod mill-Milied, tfal minn madwar id-dinja bagħatu ittra lil Santa Klaws jgħidulu li huma kienu bilgħaqal tul din is-sena u jniżlulu x-xewqat tagħhom.

Biex issa, f’dawn is-sigħat, Santa Klaws se jdur id-dinja biex iqassam ir-rigali lit-tfal.

U f’Malta, il-Malta Post irċievew ammont sostanzjali ta’ ittri mit-tfal Maltin kollha jitolbu għar-rigali. B’uħud saħansitra talbu biex tfal oħra jiġu mferħa dan il-Milied. Dawn l-ittri se jkunu qed jintbagħtu wkoll lil Santa Klaws fil-Finlandja.