HITT Academy WH Middle East rebħu l-konfront dirett meta għelbu lil HITT Academy Mosta Dome B & B 5-1.
Konfront dirett għall-ewwel post fil-klassifika bejn timijiet mill-istess akkademja b’HITT Academy WH Middle East jiksbu t-tmien rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat.
Top Spin Table Tennis Academy Pay Andro telgħu fit-tieni post tal-klassifika meta għelbu lil HITT Academy Tibhar 4-3.
Malta International Table Tennis Centre Butterfly Dignics kisbu l-istess skor kontra Mosta Gunners filwaqt li Alpha Calleja Ltd u Malta International Table Tennis Centre Butterfly rebħu 4-2 lil Alpha Gewo u Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon rispettivament.
Fit-tieni diviżjoni, il-leaders PBC Table Tennis Blue Grip għelbu lil Top Spin Table Tennis Academy Valletta Pay Fraser 4-3 filwaqt li Alpha Alberta Group, Top Spin Table Tennis Academy Valletta Pay Hexer u Top Spin Academy Valletta Pay Fraser kollha jinsabu fit-tieni post, tliet punti taħt il-leaders.
//= $special ?>