Futbol Sport

Veterani: MFPA jirbħu d-David Cluett Memorial Cup

Malta Football Players Association rebħu t-tieni edizzjoni tad-David Cluett Memorial Cup meta fil-finali għelbu lil Hibernians Veterans 3-1.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, MFPA marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Stephen Wellman li minn freekick fil-baxx għeleb lil Camilleri.

Fit-tieni taqsima, l-iskor sar 2-0 b’gowl ta’ Alexander Ribic li minn azzjoni ta’ Thomas Paris għeleb lil Camilleri. Hibernians daħlu fil-partita wara li Ilia Nazarov avvanza mil-lemin u b’xutt fil-baxx naqqas l-iskor għal 2-1.

Reazzjoni mmedjata minn Malta Football Players Association li skorjaw it-tielet gowl meta kien Alexander Ribic li b’kontrattakk veloċi approfitta biex qata’ d-difiża avversarja.

Fi tmiem il-finali, il-captain ta’ Malta Football Players Association Carlo Mamo kien ippreżentat bid-David Cluett Memorian Cup.