Il-partitssima ta’ qabel il-Milied tintlagħab f’Anfield
Aston Villa fallew opportunita’ tad-deheb li jitilgħu weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika meta setgħu jiksbu biss punt f’Villa Park kontra t-tim tal-qiegħ Sheffield United.
Bil-punt miksub Aston Villa laħqu lil Arsenal b’39 punt, iżda l-Gunners iżommu l-ewwel post grazzi għal differenza ta’ goals aħjar.
Aston Villa attakkaw il-logħba sħiħa u fallew diversai ċansijiet ta’ skor, iżda Sheffield iddefendew tajjeb u saħansitra kontra x-xejra tal-logħob fetħu l-iskor permezz ta’ Archer fis-87 minuta.
Iżda fis-97 minuta Aston Villa rnexxielhom jiksbu punt grazzi għal goal skorjat mit-Taljan Zaniolo li kien daħal ftit qabel bħala sostitut.
Il-programm tal-Premiership ikompli llum bil-kumplament ta’ logħbiet ta’ qabel il-Milied fejn tispikka l-logħba ta’ Anfield bejn Liverpool u Arsenal fejn Liverpool jippruvaw jiksbu r-rebħa biex jaqbżu weħidhom fl-ewwel post tal-klassifika.
Minn naħa tagħhom Arsenal jippruvaw jiksbu xi ħaġa minn Anfield biex b’hekk iżommu l-ewwel post.
Fil-logħbiet l-oħra tal-lum Manchester United ikunu Londra kontra West Ham u wara l-wirja konvinċenti kontra Liverpool jippruvaw jiksbu t-tliet punti biex jersqu lejn l-ewwel erba’ postijiet.
Tottenham jospitaw lil Everton, tim li wara li kellu 10 punti mnaqqsa qed jikseb riżultati mportanti biex jirkupra dawn il-punti.
Programm
Ilbieraħ
A. Villa v Sheffield U 1-1
Illum
13:30 West Ham v Man U
16:00 Fulham v Burnley
16:00 Luton v Newcastle
16:00 Nottingham v B’mouth
16:00 Tottenham v Everton
18:30 Liverpool v Arsenal
Għada
14:00 Wolves v Chelsea
//= $special ?>