Lokali

Ġurnata bogħod mil-lejl tal-Milied

Dan huwa Luke. Tifel ta’ 5 snin illi din is-sena huwa wieħed minn bosta li se jkunu qed iwasslu l-Prietka tal-Milied f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Fil-kunvent u l-iskola ta’ St.Franics ta’ Sliema immexxi mis-sorijiet Franġiskani dan iċ-ċkejken se jkun qiegħed iwassal il-prietka tal-Milied għal din is-sena.

F’kummenti ma’ Net News Luke Vella Gregory tkellem dwar dak li qiegħed iħoss għal-jum solenni ta’ twelid ta’ Ġesu bambin filwaqt li qalilna li jinsab eċitat sabiex iwassal il-prietka tal-Milied. Huwa qal ukoll li ilu jipprepara għal dan il-lejl tant speċjali sabiex kollox imur sew.

Minn naħa tagħhom is-sorijiet spjegaw kif din l-attività – li tiġi kkonċelebrata kull sena – ssir possibbli bil-ħidma ta’ sitt sorijiet li jlestu għal dan il-lejl tant importanti bis-sehem ta’ tfal li se jkunu qedin jakumpanjaw il-purċissjoni tradizzjonali bil-bambin tradizzjoni li propju bdiet minn San Ġorġ Preca.

Wara din il-Purċissjoni titkompla l-quddies b’dawn l-attivitajiet jibdew fis-7:30 pm bil-pubbliku ikun mistieden għal-dan il-jum tant importanti.

F’dan il-lejl qaddis – illi se jiġi ċċelebrat il-Ħadd – l-Insara jinġabru qabel il-quddiesa biex jagħtu tifħir lil Ġesù Bambin flimkien mal-korijiet bil-kant tal-għanjiet tal-Milied. Il-prietka hija l-preludju għall-Quddiesa ta’ Nofsilejl, quddiesa li li fiha jitħabbar it-twelid ta’ Ġesù Bambin fi stalla f’Betleħem – ġrajja li seħħet aktar minn elfejn sena ilu.