Fl-Istati Uniti rapporti żvelaw ‘recording’ ta’ telefonata fejn allegatament l-ex President tal-Istati Uniti Donald Trump għamel pressjoni fuq uffiċjali f’Michigan sabiex jaċċertaw rebħa għalih fil-Presidenza tal-2020.
Rapporti qalu li f’din it-telefonata Trump qal li nsterqitlu r-rebħa dan filwaqt li stqarr li l-belt ta’ Detroit magħrufa li tirranġa l-voti
Preżentament, Trump qed jaffaċċja akkużi kriminali li pprova jimmanipula r-riżultat tal-elezzjoni tal-2020 fejn Donald Trump qed jargumenta li m’għandux ikun ippersegwitat fuq responsabbiltajiet uffiċjali bħala President. Dan apparti li huwa qal li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Intant, il-Qorti fl-Istati Uniti ma laqgħetx it-talba sabiex il-każ ta’ Trump jinstema b’urġenza bil-Qorti ma tagħti l-ebda spjegazzjoni wara d-deċiżjoni tagħha b’diversi persuni jgħidu li d-dewmien tal-proċeduri fil-konfront ta’ Donald Trump kapaċi jkunu ta’ vantaġġ għalih.
//= $special ?>