Jum ta’ Luttu fir-Repubblika Ċeka wara l-isparatura tal-Ħamis li għadda fi Praga li ħalliet 14-il persuna mejta u poplu sħiħ ixxukjat u mbikkem.
Numru ta’ persuni inġabru bl-umbrelel f’idejhom fiż-żona tal-isparatura li bħalissa tinsab miksija bix-xemgħat u bil-fjuri. Dan filwaqt li n-nies li kienu miġbura osservaw minuta ta’ silenzju.
Persuni li kienu fil-post meta seħħet l-isparatura qalu li qam paniku kbir meta semgħu t-tiri filwaqt li bdew jimblukkaw il-bibien li jagħtu għal klassijiet. Apparti minn hekk, huma spjegaw ukoll li meta ħarġu kien hemm id-demm ma’ kullimkien…xena ta’ terrur għall-aħħar.
Kaġun ta’ din l-isparatura…ir-reputazzjoni ta’ Praga bħala belt sigura sfaxxat għal kollox wara wieħed mill-għar massakri fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. Il-vittmi tal-qattiel – identifikat bħala David Kozak ta’ 24 sena – mietu kollha fl-inħawi tal-bini tal-Fakultà tal-Arti f’Charles University.
//= $special ?>