L-istorja ta’ Lucas hija waħda ta’ swied il-qalb; iżda turi kif anke l-iżjed mumenti diffiċli fil-ħajja jistgħu jinbidlu għat-tajjeb.
Lucas għandu kundizzjoni f’qalbu fejn l-arterji qegħdin fil-post il-ħażin.
Kif spjegat Danielle, omm Lucas, f’intervista ma’ Net News … it-tifel li għad għandu biss 3 snin, diġa kellu jagħmel tliet open heart surgeries. L-ewwel operazzjoni saret meta kien għad kellu biss ġimgħa … għalkemm fl-istess perijodu, kellhom jagħmlulu wkoll operazzjoni f’moħħu, minħabba li qabduh tliet strokes.
Danielle kellmitna dwar l-irwol importanti li kellhom il-Malta Community Chest Fund sabiex Lucas jieħu t-trattament meħtieġ u sabiex setgħu jgħixu ħajja komda; minkejja t-tbatija li għaddew minnha.
Hi tenniet l-importanza li l-pubbliku jagħti d-donazzjonijiet waqt l-Istrina tas-26 ta’ Diċembru, sabiex kull min għaddej min żmien diffiċli jkollu l-għajnuna meħtieġa … b’serħan il-moħħ.
Danielle spjegat ukoll kif il-Community Chest Fund dejjem tkun hemm għalik, mhux biss meta jkun hemm it-tifel fl-isptar.
//= $special ?>