Il-militari Ukrena qalet li matul il-jum tal-Ġimgħa waqqgħet tliet ajruplani Russi tal-Gwerra li kienu għaddejjin minn fuq ir-reġjun ta’ Kherson.
Fl-indirizz tiegħu ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa l-President tal-Ukrajna Volodomyr Zelensky irringrazzja lil dawk li waqqgħu l-ajruplani. Apparti minn hekk, waqt l-indirizz tiegħu Zelensky qal li bħalissa qed jiddiskuti mal-Prim Ministru tal-Olanda għal aktar ajruplani tal-gwerra kif ukoll pakkett ġdid ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea.
Minn naħa l-oħra r-Russja għadha ma kkummentatx dwar it-twaqqigħ ta’ dawn it-tliet ajruplani iżda ‘bloggers’ Russi rrappurtaw it-telfa dan apparti li qalu li l-membri li tilfu ħajjtihom u dawk li salvaw ġew rikoverati.
Intant, għall-ewwel darba mis-sena 1917 l-Ukrajna se tkun qed tiċċelebra l-Milied fil-25 ta’ Diċembru fejn din il-mossa qed titqies bħala konferma oħra li l-Ukrajna qed tkompli titbiegħed mill-influwenza ta’ Moska u timxi mal-kumplament tal-Ewropa.
Għalkemm l-Ukrajna għadha għaddejja minn gwerra l-Ukreni jinsabu determinati għall-aħħar sabiex jiċċelebraw il-Milied bit-tama li xi darba jkunu ħielsa. Għal din is-sena d-dekorazzjonijiet tal-Milied fl-Ukrajna għadhom tema militari dan sabiex ifakkru l-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom fil-gwerra.
//= $special ?>