Fil-Vatikan bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti b’rabta mal-arraġamenti tal-fjuri għal jum il-Milied fejn il-fjorista Malti David Grech qed jagħmel parti mit-tim ta’ fjoristi għal din is-sena.
F’intervista ma’ Net News David Grech stqarr li huwa ta’ unur kbir li għal darba oħra rċieva stedina sabiex jżejjen il-Bażilika ta’ San Pietru bil-fjuri dan hekk kif huwa diġà taha sehmu f’arranġamenti ta’ fjuri fi żmien l-Għid kif ukoll meta nħatru l-kardinali ġodda.
David Grech spjegalna wkoll li għal din is-sena t-tim ta’ fjoristi huwa magħmul ukoll minn nies mis-Slovenja kif ukoll mill-Italja stess.
Il-fjorista David Grech sostna li dan il-proċess huwa wieħed sensittiv ħafna u jinkludi t-twassil tal-fjuri u l-preparamenti tagħhom kif ukoll it-tħawwil li jista’ jieħu sigħat twal. Huwa spjegalna aktar dwar il-proċess li għaddej bħalissa fejn it-tim ta’ fjoristi qed jaħdem bla waqfien sabiex kollox ikun lest għal Milied.
//= $special ?>