Roma kisbu tlett punti importanti meta għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 2-0.
Partita mimlija kontroversja, fejn saħansitra rajna żeewġ karti ħomor, bl-ewwel waħda tasal għal Napoli fis-66 minuta meta Politano ntwera l-karta ħamra.
Roma ħadu vantaġġ tar-raġel iktar biex skorjaw il-gowl tar-rebħa wasal fis-76 minuta minn Lorenzo Pellegrini mill-assist ta’ El Shaarawy.
Napoli spiċċaw jilagħbu b’9 plejers hekk kif fis-86 minuta Victor Osimhen intwera t-tieni karta safra.
Roma kkonfermaw ir-rebħa permezz ta’ gowl minn Romelu Lukaku fis-96 minuta.
Juventus żammew il-pressjoni fuq Inter b’rebħa missielta fuq Frosinone bl-iskor ta’ 2-1.
Fl-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax, iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena Kenan Yildiz sab ix-xibka għall-ewwel gowl tiegħu mal-Bianconeri wara 12-il minuta logħob, fejn fetaħ l-iskor minn żball tal-goalkeeper Turati, bil-ballun eventwalment jasal għand l-attakkant Tork li jaqbez 3 difensuri u jixħet ġewwa b’xutt b’saħħtu.
Frosinone għamlu l-iskor indaqs fil-51 minuta permezz ta’ Jaime Baez, bis-sostit jagħmel ġirja tajba għal ġol-kaxxa fejn rcieva l-ballun tajjeb ta’ Monterisi u għeleb lil Szczesny.
Juventus stennew sal-81 minuta biex skorjaw il-gowl tar-rebħa, b’ Dusan Vlahovic jerġa jirritorna għall-gowls b’daqqa ta’ ras mill-isbaħ mill-kross tal-midfielder Mckennie.
Vlahovic skorja gowl ieħor ftit minuti wara, madankollu l-gowl tħassar wara konsultazzjoni tal-VAR sabet l-attakkant Serb f’pożizzjoni rregolari.
Minn naħa l-oħra, Inter żammew l-ewwel post u d-distakk ta’ 4 punti hekk kif għelbu lil Lecce 2-0.
Gowl ta’ Yann Bisseck żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima ta l-vantaġġ lin-Nerazzuri.
Nicolo Barella kien il-plejer l-ieħor li sab ix-xibka biex irdoppja l-vantaġġ għat-tim tiegħu fit-78 minuta.
5 minuti wara Lecce spiċċaw jilagħbu b’10 wara li tkeċċa Lameck Banda.
Bologna komplew il-forma stupenda tagħhom, din id-darba hekk kif għelbu avversarju validu ħafna, meta kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Atalanta.
Il-gowl tar-rebħa wasal fis-86 minuta mill-midfielder Skoċċiż Lewis Fergusen li bir-ras għeleb lil Carnesecchi mill-korner ta’ Orsolini.
Żewġ gowls fl-aħħar għaxar minuti ddetterminaw il-logħba bejn Torino u Udinese, bl-iskor finali jkun 1-1.
Udinese kienu l-ewwel li sabu x-xibka, meta kien Oier Zarraga li xeħet ġewwa b’xutt preċiż mill-kross tajjeb ta’ Ferreira mil-lemin.
Il-gowl tad-draw wasal fit-88 minuta minn Ivan Ilic , bil-midfielder jipprova jagħmel kross għoli fil-kaxxa u jara l-ballun tiegħu jegħleb għal kollox lil goalkeeper u jidħol fir-rokna ta’ fuq tal-lemin.
Partita fil-parti t’isfel tal-klassifika hekk kif Hellas Verona għelbu lil Cagliari 2-0.
Żewġ gowls fit-tieni taqsima, b’ Cyril Ngonge jkun l-ewwel li jsib ix-xibka wara 53 minuta b’ Milan Djuric jisiġilla r-rebħa fl-aħħar minuti tal-logħba.
RIŻULTATI:
Il-Ġimgħa
Sassuolo v Genoa 1-2
Empoli v Lazio 0-2
Salernitana v Milan 2-2
Monza v Fiorentina 0-1
Illum
Frosinone v Juventus 1-2
Torino v Udinese 1-1
Bolona v Atalanta 1-0
Inter v Lecce 2-0 Verona v Cagliari 2-0
Roma v Napoli 2-0