Propju f’jum il-Milied, grupp ta’ 12-il abbati minn Malta ser ikunu qed jipparteċipaw f’ċeremonja, fejn ser ikunu qed iservu mal-Altare della Confessione, li huwa l-altar prinċipali fil-Bażilika ta’ San Pietru.

Dan l-altar normalment jintuża mill-Papa, pero din is-sena l-Eminenza tiegħu, il-Kardinal Mauro Gambetti ser ikun qed jippresedni il-Quddiesa . Din hija opportunità inkredibliu għal dawn l-abbatini li ser ikollom l-opportunità li jservu bħala abbatini fi żmien il-Milied u b’hekk ikunu tant qrib il-fdalijiet ta’ San Pietru, l-ewwel Papa li huwa midfun taħt dan l-artal.

Dawn iż-żewġ gruppi ta’ abbatini ser ikunu qed iservu bħala abbatini matul il-festi tal-Milied, għalhekk huma flimkien mal-familja tagħhom kellhom l-opportunità li jqattgħu dawn il-jiem fil-Belt Eterna. Ilkoll flimkien huma ħejjew sew għal din l-okkazjoni kemm fiżikament kif ukoll spiritwalment.
