Fil-messaġġ tiegħu tal-Milied, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma għażel li jitkellem dwar il-presepju.
Dan hekk kif kien proprju 800 sena ilu meta San Franġisk. bl-għajnuna ta’ raġel sinjur. fi Greccio, għamel rappreżentazzjoni tat-twelid ta’ Ġesù li kienet ġrat snin qabel f’Betlehem.
Kien minn dakinhar ‘il quddiem li xterdet mad-dinja kollha d-drawwa tal-presepju. Bl-Isqof Teuma isemmi kif il-presepju għall-Maltin u l-Għawdxin huwa xi ħaġa importanti ħafna marbuta maż-żmien tal-Milied.
Monsinjur Teuma qal li fiċ-ċentru tal-presepju hemm familja… Ġużeppi, Marija u t-tarbija li jinsabu f’għar.
Fil-messsaġġ tiegħu l-Isqof qal li meta wieħed iħares lejn il-pasturi ta’ Marija u Ġużeppi, jinnota ċerta ħlewwa ħierġa mill-persuna tagħhom, fejn donnhom iridu jgħidulna li r-relazzjonijiet ta’ bejnietna jridu jkunu magħġunin minn ħafna ħlewwa, imħabba, mgħodrija u maħfra.
Anton Teuma qal li l-personaġġi l-oħra tal-presepju wkoll jissimbolizzaw persuni oħra… fost l-oħrajn ir-rgħajja li huma sejħa biex il-poplu ma jħossux ‘il bogħod minn Ġesu.
Ġesù proprju lir-rgħajja jwassal l-ewwel aħbar sabiħa ta’ ferħ u proprju lilek u lilna li forsi kultant niżbaljaw, inħossuna dgħajfa u fraġli anke fir-relazzjonijiet li għadna kif tkellimna fuqhom… proprju lilna Ġesù jixtieq madwaru biex jagħtina l-paċi tiegħu.
L-Isqof ta’ Għawdex jagħmel referenza għan-nies li qed jaħdmu li jidhru fil-presepju… fejn huma wkoll kienu msejħa biex jersqu lejn il-grotta.
Ġesù huwa preżenti anke fid-dinja tax-xogħol tagħna u importanti għalina li naħdmu, u importanti għalina li meħudin daqshekk mit-taħbid tal-ġurnata tax-xogħol tagħna, importanti li nsibu ħin fil-ġurnata tagħha biex niltaqgħu ma’ Ġesù fi ftit talb sempliċi.
Filfatt fid-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Isqof insista li jkun hemm it-talb fil-knejjes għax mingħajr Ġesù, il-ħajja tagħna tkun qisha presepju magħmul biss minn fabbriki u min-nies li jaħdmu.
Fil-messaġġ tiegħu huwa semma l-maġi, nies ta’ kull kulur u twemmin differenti li wkoll marru biex isellmu lil Ġesù… realtà li qed ngħixu tassew illum il-ġurnata. Kien hawn fejn Anton Teuma għamel referenza wkoll għall-kunflitti li għaddejjin bħalissa fid-dinja.
Ejjew nagħmlu minnn dan il-Milied, kull wieħed u kull waħda minna mument li fih Ġesù jkun ħaj.. ikun preżenti permezz tal-parteċipazzjoni tagħna fl-Ewkaristija u anke jekkn huwa possibbli permezz ta’ qrara, permezz tal-parteċipazzjoni tagħna fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni, biex inħossu verament il-ferħ tal-Milied.
//= $special ?>