Lokali

Is-solitudni se tkompli tigrava jekk ma tittiħidx azzjoni

Aktar minn nofs il-popolazzjoni f’Malta – madwar 55% – tbati mis-solitudni.

U dan il-persentaġġ jinkludi mhux biss nies li normalment nassumu li jkunu weħidhom bħall-anzjani u l-morda imma anka persuni li huma influencers u jew personalitajiet famużi. Dan kollu juri li l-ġerħa tas-solitudni hija ekwivalenti għal pandemija oħra.

Hekk saħaq il-Professur Andrew Azzopardi waqt il-program Net Live, fejn tkellem dwar il-produzzjoni li għamlet il-Fakulta li jmexxi – b’enfasi fuq temi bħalma huma id-dipressjoni, is-solitudni u s-suwiċidju. Dan sabiex jintefa’ dawl fuq dawn ir-realtajiet, u ma nibqgħux nitfgħuhom taħt it-tapit.

Andrew Azzopardi insista illi hemm bżonn ta’ aktar ħsieb kritiku u li nideċidu kif se ngħixu ħajitna, waqt li kompla jżid li sfortunatament il-problemi ser ikomplu jikbru jekk l-Istat mhux se jieħu azzjoni

L-istħarriġ li sar mit-tim tal-Professur Azzopardi wera kif dawk li l-iktar għandhom sens ta’ solitudni huma addoloxxenti bejn il-11 u d-19 sena … u dawk li għandhom ‘il fuq minn 55 sena.